This page contains the European Commission terminology glossary for the language pair Maltese to Spanish. It is designed for translators, localization specialists and language professionals working with EU terminology and multilingual institutional texts.
Use this glossary to search European Commission terms, check terminology consistency and improve translation quality for Maltese to Spanish projects.
Free preview. You are viewing a public preview of this European Commission terminology glossary. Full Members can access the complete glossary, all pages and full results.
| source | target |
|---|---|
| Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 990/2012 | Reglamento de Ejecución (UE) no 990/2012 de la Comisión |
| tal-25 ta’ Ottubru 2012 | de 25 de octubre de 2012 |
| dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Propionibacterium acidipropionici (CNCM MA 26/4U) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali | relativo a la autorización de un preparado de Propionibacterium acidipropionici (CNCM MA 26/4U) como aditivo en piensos para todas las especies animales |
| (Test b’relevanza għaż-ŻEE) | (Texto pertinente a efectos del EEE) |
| IL-KUMMISSJONI EWROPEA, | LA COMISIÓN EUROPEA, |
| Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, | Visto el Tratado de Funcionamiento de la Unión Europea, |
| Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu, | Visto el Reglamento (CE) no 1831/2003 del Parlamento Europeo y del Consejo, de 22 de septiembre de 2003, sobre los aditivos en la alimentación animal [1], y, en particular, su artículo 9, apartado 2, |
| Billi: | Considerando lo siguiente: |
| Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din. | El Reglamento (CE) no 1831/2003 regula la autorización de aditivos en la alimentación animal y los motivos y procedimientos para su concesión. |
| L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 10, minn (1) sa (4), tiegħu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-furrajna minn dakinhar li daħal fis-seħħ ir-Regolament. | El artículo 10, apartado 7, del Reglamento (CE) no 1831/2003, leído en relación con su artículo 10, apartados 1 a 4, establece disposiciones específicas para la evaluación de los productos utilizados en la Unión como aditivos para ensilado en la fecha de entrada en vigor del Reglamento. |
| Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, preparazzjoni ta’ Propionibacterium acidipropionici (CNCM MA 26/4U), minn hawn ‘il quddiem “preparazzjoni”, ġiet irreġistrata fir-Reġistru Komunitarju tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti li jappartjeni għall-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-furrajna, għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. | De conformidad con el artículo 10, apartado 1, del Reglamento (CE) no 1831/2003, el preparado de Propionibacterium acidipropionici (CNCM MA 26/4U) (en lo sucesivo, «el preparado») se incluyó en el Registro comunitario de aditivos para alimentación animal como un producto existente que pertenece al grupo funcional de los aditivos para ensilado, para todas las especies animales. |
| Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”. | De conformidad con el artículo 10, apartado 2, del Reglamento (CE) no 1831/2003, leído en relación con su artículo 7, se presentó una solicitud de autorización del preparado como aditivo en piensos para todas las especies animales, en la que se pedía que se clasificara en la categoría de los «aditivos tecnológicos» y en el grupo funcional «aditivos para ensilado». |
| Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. | Dicha solicitud iba acompañada de la información y la documentación exigidas con arreglo al artículo 7, apartado 3, del citado Reglamento. |
| L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ April 2012 [2]li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tal-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb l-istabbiltà aerobika tal-furrajna ttrattata. | La Autoridad Europea de Seguridad Alimentaria («la Autoridad») concluyó en su dictamen de 25 de abril de 2012 [2]que, en las condiciones de uso propuestas, el preparado no tiene ningún efecto adverso para la salud animal, la salud humana o el medio ambiente y que su uso puede mejorar la estabilidad aeróbica del ensilado tratado. |
| L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. | La Autoridad no considera que sean necesarios requisitos específicos de seguimiento posterior a la comercialización. |
| Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. | Asimismo, verificó el informe sobre el método de análisis del aditivo para alimentación animal en los piensos que presentó el laboratorio comunitario de referencia establecido mediante el Reglamento (CE) no 1831/2003. |
| Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. | La evaluación del preparado muestra que se cumplen los requisitos de autorización establecidos en el artículo 5 del Reglamento (CE) no 1831/2003. |
| Għaldaqstant, l-użu tal-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. | En consecuencia, procede autorizar el uso de dicho preparado tal como se especifica en el anexo del presente Reglamento. |
| Minħabba li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jitħalla perjodu tranżitorju sabiex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. | Dado que por razones de seguridad no es necesario introducir inmediatamente modificaciones de las condiciones de autorización, conviene permitir un período transitorio a fin de que las partes interesadas puedan prepararse para cumplir los nuevos requisitos derivados de la autorización. |
| Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, | Las medidas previstas en el presente Reglamento se ajustan al dictamen del Comité permanente de la cadena alimentaria y de sanidad animal. |
| ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: | HA ADOPTADO EL PRESENTE REGLAMENTO: |
| Artikolu 1 | Artículo 1 |
| Awtorizzazzjoni | Autorización |
| Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness. | Se autoriza el uso como aditivo en la alimentación animal del preparado especificado en el anexo, perteneciente a la categoría de «aditivos tecnológicos» y al grupo funcional de «aditivos de ensilado», en las condiciones establecidas en dicho anexo. |
| Miżuri tranżitorji | Medidas transitorias |
| Il-preparazzjoni speċifikata fl-Annessu l-għalf li fih dik il-preparazzjoni, li huma manifatturati u ttikkettjati qabel il-15 ta’ Mejju 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel il-15 ta’ Novembru 2012 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm il-ħażniet eżistenti tagħhom jispiċċaw. | El preparado especificado en el anexo, así como los piensos que lo contengan, que hayan sido producidos y etiquetados antes del 15 de mayo de 2013 de conformidad con las normas aplicables antes del 15 de noviembre de 2012 podrán seguir comercializándose y utilizándose hasta que se agoten las existencias. |
| Dħul fis-seħħ | Entrada en vigor |
| Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | El presente Reglamento entrará en vigor el vigésimo día siguiente al de su publicación en el Diario Oficial de la Unión Europea. |
| Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. | El presente Reglamento será obligatorio en todos sus elementos y directamente aplicable en cada Estado miembro. |
| Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012. | Hecho en Bruselas, el 25 de octubre de 2012. |
| ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. | DO L 268 de 18.10.2003, p. 29. |
| EFSA Journal 2012;10(5):2673. | The EFSA Journal 2012; 10(5):2673. |
| ANNESS | ANEXO |
| Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv | Número de identificación del aditivo |
| Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni | Nombre del titular de la autorización |
| Addittiv | Aditivo |
| Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku | Composición, fórmula química, descripción y método analítico |
| Speċi jew kategorija ta’ annimali | Especie o categoría de animales |
| Età massima | Edad máxima |
| Kontenut minimu | Contenido mínimo |
| Kontenut massimu | Contenido máximo |
| Dispożizzjonijiet oħra | Otras disposiciones |
| Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni | Expiración del período de autorización |
| CFU/kg ta’ materja friska | UFC/kg de material fresco |
| Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. | Categoría de aditivos tecnológicos. |
| Grupp funzjonali: additivi tal-furrajna | Grupo funcional: aditivos de ensilado |
| Kompożizzjoni tal-addittiv | Composición del aditivo |
| Preparazzjoni ta’ propionibacterium acidipropionici (CNCM MA 26/4U) li jkollha minimu ta’ addittiv ta’ 1 x 108 CFU/g | Preparado de Propionibacterium acidipropionici (CNCM MA 26/4U) con un contenido mínimo de 1x108 UFC/g de aditivo |
| Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva | Caracterización de la sustancia activa |
| Metodu analitiku [1]Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787) | Método analítico [1]Enumeración en el aditivo para piensos: método de recuento por extensión en placa (EN 15787) |
| Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE). | Identificación: electroforesis en gel de campo pulsado (PFGE). |
| L-ispeċijiet kollha tal-annimali | Todas las especies animales |
| Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun. | En las instrucciones de uso del aditivo y la premezcla, indíquense la temperatura de almacenamiento y el período de conservación. |
| Id-doża minima tal-addittiv meta ma tintużax ma’ taħlita ta’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-furrajna: 1 x 108 CFU/kg ta’ materja friska. | Dosis mínima del aditivo cuando no se utilice en combinación con otros microorganismos como aditivo de ensilado: 1x108 UFC/kg de material fresco. |
| Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar. | Por motivos de seguridad se recomienda utilizar protección respiratoria y guantes durante su manipulación. |
| Il-15 ta’ Novembru 2022 | 15 de noviembre de 2022 |
| Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx | Puede hallarse información detallada sobre los métodos analíticos en la siguiente dirección del laboratorio de referencia: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx. |
| dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali | relativo a la autorización del hidroxicloruro de zinc monohidratado como aditivo en piensos para todas las especies animales |
| Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu, | Visto el Reglamento (CE) no 1831/2003 del Parlamento Europeo y del Consejo, de 22 de septiembre de 2003, sobre los aditivos en la alimentación animal [1], y, en particular, su artículo 9, apartado 2, |
| Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din. | El Reglamento (CE) no 1831/2003 regula la autorización de aditivos para la alimentación animal y establece los motivos y procedimientos para su concesión. |
| F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat. | De conformidad con el artículo 7 del Reglamento (CE) no 1831/2003, se presentó una solicitud de autorización del hidroxicloruro de zinc monohidratado. |
| Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. | Dicha solicitud iba acompañada de la información y la documentación exigidas con arreglo al artículo 7, apartado 3, del mencionado Reglamento. |
| L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. | La solicitud se refiere a la autorización del hidroxicloruro de zinc monohidratado como aditivo en piensos para todas las especies animales, que debe clasificarse en la categoría de «aditivos nutricionales». |
| Fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ April 2012 [2], l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, l-idrossiklorur taż-żingu monoidrat ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu tiegħu jista’ jitqies bħala sors effettiv ta’ żingu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. | En su dictamen de 26 de abril de 2012 [2], la Autoridad Europea de Seguridad Alimentaria («la Autoridad») concluyó que, en las condiciones de uso propuestas, el hidroxicloruro de zinc monohidratado no tiene efectos adversos para la salud animal, la salud humana ni el medio ambiente, y que su uso puede considerarse una fuente eficaz de zinc para todas las especies animales. |
| L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara il-kummerċjalizzazzjoni. | La Autoridad no considera que sean necesarios requisitos específicos de seguimiento poscomercialización. |
| Hija vverifikat ukollir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. | Asimismo, verificó el informe sobre el método de análisis del aditivo en los piensos que presentó el laboratorio de referencia establecido por el Reglamento (CE) no 1831/2003. |
| Il-valutazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. | La evaluación del hidroxicloruro de zinc monohidratado muestra que se cumplen los requisitos de autorización establecidos en el artículo 5 del Reglamento (CE) no 1831/2003. |
| Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. | En consecuencia, procede autorizar el uso de dicho preparado tal como se especifica en el anexo del presente Reglamento. |
| Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. | Las medidas previstas en el presente Reglamento se ajustan al dictamen del Comité permanente de la cadena alimentaria y de sanidad animal. |
| Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi nutrittivi”, u mill-grupp funzjonali, “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness. | Se autoriza el uso del preparado que figura en el anexo como aditivo en los piensos dentro de la categoría «aditivos nutricionales» y del grupo funcional «compuestos de oligoelementos», en las condiciones que se establecen en dicho anexo. |
| Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | El presente Reglamento entrará en vigor el vigésimo día siguiente al de su publicación en el Diario Oficial de la Unión Europea. |
| Dispożizzjonijet oħra | Otras disposiciones |
| Kontenut tal-element (Zn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % | Contenido del elemento (Zn) en mg/kg de pienso completo con un contenido de humedad del 12 % |
| Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. | Categoría de aditivos nutricionales. |
| Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi | Grupo funcional: compuestos de oligoelementos |
| idrossiklorur taż-żingu monoidrat | Hidroxicloruro de zinc monohidratado |
| Karatterizzazzjoni tal-addittiv | Caracterización del aditivo |
| Formula Kimika Zn5 (OH)8 Cl2 · (H2O) | Fórmula química: Zn5 (OH)8 Cl2 · (H2O) |
| Numru CAS: 12167-79-2 | Número CAS: 12167-79-2 Pureza: mín. |
| Ossidu taż-żingu: max 9 % | Óxido de zinc: máx. 9 % Contenido de zinc: mín. |
| Partiċelli<50 μm: taħt il-1 % | Partículas<50 μm: por debajo del 1 % |
| Metodu analitiku [1]Għall-identifikazzjoni tal-forma kristallina idrossiklorur taż-żingu fl-addittiv tal-għalf: | Método analítico [1]Para la identificación del hidroxicloruro de zinc monohidratado en forma cristalina en el aditivo para piensos: |
| Diffrazzjoni tar-Raġġi-X (XRD). | difracción de rayos X. |
| Għad-determinazzjoni tat-total taż-żingu fl-addittiv u fil-pretaħlitiet: | Para la determinación del zinc total en el aditivo y las premezclas: |
| EN 15510: Plażma Abbinata b’mod Induttiv – Spettrometrija b’Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew | EN 15510: Espectroscopia de emisión atómica en plasma de acoplamiento inductivo (ICP-AES), o |
| CEN/TS 15621: Plażma Abbinata b’mod Induttiv – Spettrometrija b’Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni. | CEN/TS 15621: Espectroscopia de emisión atómica en plasma de acoplamiento inductivo (ICP-AES) tras digestión por presión |
| Għad-determinazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost: | Para la determinación del zinc total en las materias primas para piensos y los piensos compuestos: |
| Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew | espectroscopia de absorción atómica o |
| EN 15510 jew CEN/TS 15621. | EN 15510 o CEN/TS 15621. |
| L-ispeċi kollha tal-annimali | Todas las especies animales |
| Annimali domestiċi: 250 (totali) | Animales de compañía: 250 (total) |
| Ħut: 200 (totali) | Peces: 200 (total) |
| Speċi oħra: 150 (totali) | Otras especies: 150 (total) |
| Sostituti tal-ħalib kompluti u komplementarji 200 (totali) | Sustitutivos de la leche completos y complementarios: 200 (total) |
| Għas-sikurezza tal-utent: Għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet tas-sikurezza u ngwanti waqt l-użu. | Para seguridad de los usuarios: deben utilizarse protección respiratoria, gafas de seguridad y guantes durante la manipulación. |
| L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ pretaħlita. | El aditivo se incorporará al pienso en forma de premezcla. |
| Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx | Puede hallarse información detallada sobre los métodos analíticos en la siguiente dirección del laboratorio de referencia: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx |
| li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex | por el que se establecen valores de importación a tanto alzado para la determinación del precio de entrada de determinadas frutas y hortalizas |
| Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], | Visto el Reglamento (CE) no 1234/2007 del Consejo, de 22 de octubre de 2007, por el que se crea una organización común de mercados agrícolas y se establecen disposiciones específicas para determinados productos agrícolas (Reglamento único para las OCM) [1], |
| Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati [2]u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu, | Visto el Reglamento de Ejecución (UE) no 543/2011 de la Comisión, de 7 de junio de 2011, por el que se establecen disposiciones de aplicación del Reglamento (CE) no 1234/2007 del Consejo en los sectores de las frutas y hortalizas y de las frutas y hortalizas transformadas [2], y, en particular, su artículo 136, apartado 1, |
This is a free preview. Full Members can access the complete European Commission terminology glossary, browse all pages and search the full database.
Upgrade to Full Membership